Title | : | Ħrejjef Żminijietna |
Author | : | |
Rating | : | |
ISBN | : | - |
Language | : | Maltese |
Format Type | : | Paperback |
Number of Pages | : | 144 |
Publication | : | First published January 1, 2000 |
"Ħrejjef Żminijietna" huwa ġabra ta' novelli qawwija miktubin dan l-aħħar minn Frans Sammut, kittieb ewlieni u mħarreġ ta' żmienna. Il-medda tal-ġrajjiet maħżuna bejn il-qoxriet ta' dal-ktieb tixħet dawl sfiq u għammiexi fuq dak li għaddejjin minnu b'sieq waħda fis-seklu għoxrin u bl-oħra fis-seklu wieħed u għoxrin.
It-temi tan-novelli huma kemm soċjali kemm politiċi, iżda lkoll jagħtu tifsiriet oriġinali ta' ħwejjeġ li l-fehmiet dwarhom reġgħu qegħdin jaqsmu lill-poplu Malti f'żewġ taqsimiet. It-tifsiriet ma jagħmluhiex tabirruħhom li għandhom il-ħila jħollu l-għadd kbir ta' problemi li l-poplu Malti qed iħabbat wiċċu magħhom. Jixhdu biss fehma intelletwali li l-qarrej jista' jħaddanha jew jiċħadha.